Triq Alfredo Cachia Żammit
F'isem ir-residenti Żwieten u oħrajn li frekwament jużaw Triq Alfredo Cachia Żammit, is-Sindku u l-Kunsilliera Żwieten qegħdin għal darb' oħra jappellaw lill-Awtoritajiet konċernati sabiex ix-xogħlijiet jitkomplew mill-aktar fis possibli. Mhux sew li n-nies jibqgħu ibagħtu kaġun tal-burokrazija, awtorità tmeri lill-oħra u sadanittant ix-xogħol wieqaf kompletament.
Nifhmu li jistgħu jinqalgħu kumplikazzjonijiet iżda mhux sew li l-kuntrattur li rebaħ tender tlett snin ilu jingħata xogħol ieħor u r-residenti ta' Triq Cachia Żammit jiqbgħu jsofru. Xi ħadd għandu jaqbad l-barri minn qrunu u jsolvi l-problema.
Qed nistennew li jsir ko-ordinament strett sabiex fl-aħħar nimxu l-quddiem flimkien.