Aidan Cassar u Francesca Mifsud jingħataw l-premju 'Fjamma Żagħżugħa'
Aidan Cassar
Aidan twieled fl-1999 u għalkemm għadt għandu 19-il sena diġà għamel diversi suċċessi fil-kant. Ilu fix-xena tal-kant minn ta’ età żgħira fejn kiseb riżultati pożittivi f’Arpeġġi, San Remo Junior, Konkors Kanzunetta Indipendenza, u anke l-Malta Junior Eurovision. Fl-2018 rajnih jikseb diversi popolarità meta kiseb it-tielet post fil-Malta Eurovision permezz tal-kanzunetta Dai Laga li kiteb hu stess. Barra minn hekk fl-istess festival kien membru tal-grupp Avenue Sky. Dan l-aħħar Aidan ħa sehem fl-ewwel edizzjoni tal-programm X Factor Malta, fejn kien wieħed mill-kantanti li għamlu ħoss u wasal sal-Judges’ House. Dan l-aħħar rajnih joħroġ diversi kazunetti li kisbu pożizzjonijiet tajbin fit-top charts ta’ Malta, fosthom Mine. Waqt intervista fuq il-bay radio jiddiskrvu lil Aidan bħala wieħed mill-aqwa kantanti ġodda fix-xena mużikali u li l-kanzunetti tiegħu għandhom potenzjal tajjeb biex ikunu hit records u jikkompettu ma’ kanzunetti minn artisti internazzjonali.
Francesca Mifsud
Francesca twieldet iż-Żejtun fl-1996 u fl-età ta’ 22 sena kisbet diversi titli ta’ sbuħija. Infatti s-sena li għaddiet kienet ir-rebbieħa ta’ Miss Universe Malta, fejn irrapreżentat il-lokalità taż-Żejtun, barra minn hekk fl-istess beauty pageant rebħet il-Best Physique. Wara li kisbet dan l-unur irrapreżentat lil Malta f’Miss Universe 2018 li saret fit-Tajlandja u kkompetiet ma’ tfajliet minn 94 pajjiż differenti. fl-2016 kienet diġà kisbet unur prestiġjuż fix-xena internazzjonali fejn rebħet il-Best Model of the World Malta, u wara li telgħet tirrapreżenta lil Malta fit-Turkija rebħet il-premju ta’ Best Face fil-paegent ta’ sbuħija Model of the World 2016. Wara dawn is-suċċessi Francesca dejjem żammet l-isem taż-Żejtun ‘il fuq. Ta’ min niftakru wkoll li z-zija ta’ Francesca rebħet ukoll it-titlu ta’ Miss Malta fl-2002. Francesca hi studenta tar-reba’ sena fil-kors tal-liġi fl-Università ta’ Malta u tixtieq li jkollha karriera fil-liġi kriminali u dik ċivili. Hi wkoll tfajla sportiva fejn kienet tifforma parti mit-team nazzjonali tal-basketball u bħalissa qed tippratika t-Thai Boxing.
Riċerka tal-Kunsilllier Sean Chircop