Kompetizzjoni tal-Fotografija
Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun qed jorganizza Kompetizzjoni tal-Fotografija. Ir-ritratti li se jidħlu għall-kompetizzjoni għandhom juru parti mill-ħajja soċjali li nsibu fiż-Żejtun, jew inkella ritratti li juru l-kultura varja taż-Żejtun, it-tradizzjonijiet li nsibu f’beltna (eżempju: festi, attivitajiet u affarijiet li jagħmlu parti mill-identità taż-Żejtun), kif ukoll ritratti li juru l-wirt storiku li nsibu f’beltna (eżempju: knejjes, kappelli, binjiet antiki jew toroq qodma).
Agħfas fuq din il-ħolqa għat-Termini u l-Kundizzjonijiet:
Is-sottomissjonijiet jgħalqu nhar il-Ġimgħa 22 ta' April 2022.

Comments